Illum tlajt fis-63 wieqfa f’Putirjal il-Belt sabiex niġi d-dar. Ix-xufier ma kienx hemm, imma kien hemm in-nies bilqiegħda. Imbagħad wasal, qagħad f’postu, u wieħed wieħed kulħadd beda jmur għandu jaqta’ l-biljett u jerġa’ lura lejn postu.
Jien u sejjer naqta’ tiegħi, rajt soru bilqiegħda, u biex nagħmilha tal-ġentlom u niffrankahielha, ħadtilha l-flus minn idha u għedtilha li se nġibulha jien il-biljett. Eqq, la kont sejjer naqta’ tiegħi, ħsibt might as well!
. Tlabtha l-Kartanzjan ħalli jekk għal li jista’ jkun ix-xufier joqgħod ġej bil-liba, ma noqgħodx ġej u sejjer, u din newwlithieli. Qtajt il-biljetti tiegħi u tagħha, u mort lura u tajtulha.
Xħin tajtulha, irringrazzjatni u b’tbissima nisranija qaltli Ndunajt hux li jien marida, li ma nistax nimxi?
. Il-mod kif qaltli dal-kliem, stħajjiltha li kienet qed tħoss li Alla qed ipattilha tal-ġid li għamlet, li jien kont xi mibgħut minn Alla bid-dija ħierġa minni u li wara dal-kliem kont se nisparixxi. Imma jien weġibtha Le!
(u ġo qalbi ħsibt Le, xiż-żobb!?
) u mort lura lejn posti.