Darba f’ħalba xita kont fuq 41 wieqfa quddiem l-Avis l-Imsida, maqbuda ġo ilmijiet għoljin sal-istaffa.
F’ħin minnhom, ix-xufier iddeċieda li kellu bżonn jirreversja, u għalhekk qal lill-mera Imur xi ħadd jarali…
. Jien weġibt Ok, ħa naralek
u qomt minn posti biex immur naralu mit-tieqa ta’ wara…
Iżda waqt li kont għadni nofs triq, dan qabad u rreversja u daħal fil-karozza ta’ warajh u faqgħalha quddiem kollu!
Eqq…