Dalgħodu wasalt minn vjaġġ qsajjar f’Barcelona. Ħriġt mill-ajruport, u mort fuq l-istage nistenna ’l-8 għall-Belt. Bdew jinġemgħu Maltin u turisti, u wara ftit tal-ħin waslet.
Mela Portugiż li kien quddiemi mal-mara kien imiss lilu biex jaqta’ l-biljett. Peress li kien għadu jasal, ma kellux ideja kemm jiswa l-biljett, u kollu fixla lix-xufier ippreżentalu xi għoxrin lira karti u xi ftit muniti…
Imma x-xufier qallu No, no, no!…
u ħadlu biss 40c miż-żagħar… here in Malta, bus is cheap… like us!
Ħaħħa! Like us
!? Xiż-żobb??