Dar-rakkont bagħtuli sieħbi Thomas bl-email…
Lili u lid-D ġratilna waħda funny u ftit tal-biża’ darba meta konna sejrin Paceville fuq is-62. Bażikament taf kif qabel ma l-karozza ddur għal ġot-terminus hemm stop fuq ix-xellug? Ħafna drabi anke jekk xi ħadd kien ikun ċempel, id-drivers ma kenux jieqfu hemmhekk imma jibqgħu sejrin u jieqfu t-terminus. Insomma, ġara li xi ħadd ċempel u d-driver baqa’ sejjer. Nimmaġina li jekk ma tkunx taf li se jdur lura għat-terminus tippanikkja xi ftit u terġa’ ċċempel. Dan min kien hekk għamel.
Issa tal-linja kienet mimlija choc-a-bloc u kien hemm tnejn barranin bilwieqfa ntefgħu ikunu
funnyu xħin semgħu il-qanpiena ċċempel darbtejn intefgħu iċemplu non-stop. Hekk kif id-driver saq għal ġot-terminus qabżitlu ċ-ċinga u qabad, qam bil-karozza ghadha in motion u mar ifittex min kien qed jitnejjek. In-nisa kollha werżquMadonna!waqt li d-driver sab ’il-funny guys u fajrilhom daqqa ta’ ħarta ta’ Kristu (Int? Int kont?PAĦ!)… sadattant waħda mara kienet intefgħet wara l-isteering f’xena li fakkritni fil-film Speed, u ħadd ma weġġa’ (ħlief il-funny guys).