1. Tipjip Universitarju

    Darba kont fuq is-667 sejjer l-Università, u kull ma konna jien u x-xufier. Għaddejjin mix-xatt ta’ Tas-Sliema qed noqorbu lejn il-Gżira, ix-xufier dar lejja u qalli: Issa nwaqqaf u inżel waħda ixtrili pakkett Royals…?

    Għedtlu Ok… imma għalfejn ma tixtrihx xħin naslu l-Università?

    U għal dan weġibni mnixxef: Eee… mela l-u’versità jpejjpu!?

    Għedtlu Kif ma jpejjpux?

    Qalli Eqq… jien ħsibt li peress li l-u’versità professuri w x’naf jien, allura ma jallowdjawhx it-tipjip!.

    Ħeħe! Il-Gżira tani l-flus, waqqaf it-trakk f’nofs ta’ triq, nżilt nixtrilu r-Royals mill-gabbana, u erġajt tlajt.