1. Brand Malta

    Dalgħodu ridt naqbad is-65 mir-Rabat għal Tas-Sliema. Xħin wasalt fuq is-Saqqajja, fejn il-Casino Notabile (madwar 50 metru mit-terminus) rajt karozza tielqa, u ġieni suspett li setgħet kienet hi.

    Peress li ma xtaqtx nistenna nofs siegħa oħra għal li jmiss, nżilt niġri malajr minn mal-Casino biex jekk forsi tkun hi, niċċansja nwaqqafha nofs triq fin-niżla… u kienet hi, issinjalajt lix-xufier, waqqafli u rkibt. Famuż!

    Irringrazzjajtu, ħallast u poġġejt. U ħsibt… Li kont Stuttgart, kont inżabbab mhux nitla’!

    Dan hu s-servizz Malti per eċċellenza, u min irid biss imaqdar ’l-ikrah bla ma japprezza ’s-sabiħ… jista’ jmur jaqbad it-tramm fis-sebgħa u nofs u seba’ minuti u seba’ u sebgħin sekonda bumm mill-Hauptbahnhof!