1. Kollaborazzjoni akkademika

    Darba, jien u nistenna biex ninżel minn fuq tal-linja, bilwieqfa ikkrepat, b’wiċċi mkaħħal mas-saqaf tal-faux-injam intbaħt li miegħu xi ħadd kien ħalla mħażża… bit-Tipp-Ex… espressjoni matematika!… ∫ .… jew għall-inqas, ħa, il-bidu ta’ waħda, għax għal xi raġuni (li niddubita qattx se nsiru nafuha) kien imbagħad telaqha nofs leħja.

    Għalhekk, f’ġieħ l-inizjattiva tassew nobbli li kien intraprenda dal-matematiku anonimu fl-interess edukattiv tal-Ġens, ħadtha miegħi id-dar, u lestejtha.


    Aġġornament (2009-09-01): Fuq pullman minn Girona sa Barcelona ma’ dahar il-bank ta’ quddiemi kien hemm ex kbira bil-ġemmarker iswed; naħlef! X’qed jipprova jgħidli l-Univers?