Dalgħodu fuq tal-linja rikbet mara mhix żgħira fl-età bil-leggings mixrub se jixpakka mniżżel sa taħt l-enormi sormha; fi kliem ieħor b’sormha KOLLU barra!
Ħallset u poġġiet, u f’tal-linja qam daqsxejn tal-għagħa. Il-koppja Ġappuniża bilqiegħda warajja splodiet tidħaq, u hi bdiet tħares lura u titkerrah. Ta’ bilqiegħda quddiemi donnu kien jafha u beda jitħaddet magħha… u mank qallha!
F’ċertu ħin qamet bilwieqfa; għedt forsi se titranġa u tiġbor ġieħha… iżda kull m’għamlet ġedditilna xbihet sormha, niżżlet il-flokk nofs pulzier u reġgħet poġġiet.
Waslet biex tinżel, u xħin reġgħet qamet fl-istess sura indinjituża ma flaħtx aktar u qomt u mxejt ħdejha u b’ton mill-iżjed serju għedtilha: Skużani sinjura; taf li qegħda b’sormok barra hux?
… u flok għattietu rritaljat Mela ħadt skandlu ħi?
. Ħaħ! Mel’ oqgħod.
Malli niżlet bdew l-għarukajjeż u z-zz
ijiet u l-puu
ijiet u li mank libset flokk twil
u li dik mhix kollh’ hemm ta
u tkażar varju.
Biex iżżid kien hemm min qal li dak l-għodu stess fuq il-karozza għal Buġibba ukoll kien hemm raġel b’sormu barra!
U xħin wasalna l-Belt ix-xufier qalilna li għax żammitu l-mistħija, għax ma kienx itellagħha.
Ħaħ!