Hello!
Mill-aħħar li kont hawn, tal-linja waqgħetilha s-sing, l-oranċjo sar abjad u lime, l-arja saret ikkondizzjonata, u x-xufiera u l-passiġġiera saru kważi kollha minn kontinenti oħra ’l bogħod.
Sewwa sew illi waħda mil-lingwi l-iktar komuni f’tal-linja saret l-Ispanjol, spiss Kolombjan. U ħabat tajjeb li inzertajt nifhem din il-lingwa…
Mela xi jumejn ilu flgħaxija rkibt it-212 għal Buġibba. Tal-linja kienet imballata bin-nies, u minn tas-Sliema rikbu ġiex tfajliet Kolombjani — waħda minnhom qisha Beltija sexy, samra, ħobbha ikellmek, u b’tifel ta’ xi tmien snin. U dat-tifel kien tassew ħelu, beda jsaqsiha kulma jgħaddi minn rasu — Mela x-xita Ma? — Le qalbi, l-ilma mal-ħġieġ ħabba l-air condition.
— Eċċ, eċċ. Imbagħad:
👦: Fejn sejrin Ma?
👄: It-Tigullio.
👦: Fejn?
👄: Tigullio.
👦: Imma għaliex jismu bħaz-ziju?
👄: Bħaz-ziju?
👦: Ti…
👄: Ehhh! TI-GULLIO, mhux TIO JULIO!!
Ħa, ħa. Saħħa ħbieb.